Każ iehor ta’ abbuż mill-aktar serju ta’ xogħlijiet fil-privat minn Ħaddiema tal-Gvern, li saru matul ix-xhur li għaddew. MaltaRightNow.com jista’ jiżvela każ iehor ta’ xogħol li sar bil-Ħaddiema u materjal tal-Gvern fi propjetà privata.
Filfatt, ix-xogħol li sar kien f’kamra f’għalqa fix-Xewkija, propjetà ta’ persuna qrib ħafna tal-Ministru Anton Refalo. Il-post hu Ta’ Ġruwa, fil-limiti Ta’ Sannat, fit-triq li tagħti għax-Xewkija. F’dan ix-xogħol, lil persuna qrib ħafna ta’ Anton Refalo bnewlu l-kamra tal-bricks u dawruha b’ħajt tas-sejjieħ.
Mit-triq li mix-Xewkija tagħti għal Imġarr ix-Xini saru wkoll numru ta’ rampi fl-għelieqi privati. Dawn inbnew bil-ġebel u ġew mogħtija bil-konkos. Fil-jiem li għaddew, MaltaRightNow.com diġà żvela għadd ta’ abbużi oħrajn, fosthom:
– f’Marsalforn: xogħlijiet b’rabta ma’ ristorant;
– f’Tas-Sanap, fil-Munxar: xogħlijiet b’rabta ma’ trinka għal servizzi lil razzett tal-baqar;
– f’Ta’ Kerċem: xogħlijiet fi propjetà privata fi Triq il-Ħorġ;
– fix-Xagħra: xogħlijiet ta’ tikħil f’dar privata.
– f’Wied il-Għexien, fix-Xagħra: xogħlijiet ta’ passaġġi fir-raba’;
– bejn Ta’ Dbiegi u San Lawrenz: xogħlijiet fuq numru ta’ garaxxijiet privati;
– fl-Għasri: xogħlijiet f’għelieqi privati;
– xogħol fi Triq San Duminku fir-Rabat Għawdex fuq żvilupp ta’ żewġ veranda