Kunsilli Lokali Lokali

Kunsill immexxi mill-PN fis-Swieqi lest jibqa’ jaħdem biex jagħmel differenza – Beppe Fenech Adami

Wara li fl-aħħar tliet snin, il-Kunsill Lokali tas-Swieqi ħadem biex infetħet l-Għassa tal-Pulizija, Kunsill immexxi mill-Partit Nazzjonalista lest jibqa’ jaħdem biex jassigura sigurtà għar-residenti tas-Swieqi.

Dan qalu l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Partit Beppe Fenech Adami f’konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu fl-Open Air Gym tas-Swieqi, fi Ġnien FX Ebejer, post li l-Kunsill lest ukoll jirrinovah fis-snin li ġejjin.

Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet, Beppe Fenech Adami spjega li fl-aħħar leġislatura l-Kunsill Lokali tas-Swieqi għamel numru ta’ toroq ġodda. Semma’ wkoll id-diversi inizjattivi li wettaq dan il-Kunsill immexxi minn maġġoranza Nazzjonalista, fosthom il-famuż SwieqiFest. Qal li prijorità tal-Kunsill il-ġdid se tkun il-ftuħ ta’ Ċentru għall-Arti u l-Kultura.

Tkellem ukoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Gvern Lokali David Agius, li saħaq fuq il-bżonn urġenti ta’ riforma fis-sistema tal-Gwardjani Lokali u l-ħtieġa li l-Gvern jinvesti aktar fit-toroq. Dan jista’ jsir billi parti mill-ħlas tal-liċenzji tmur dirett għand il-Kunsilli Lokali.

Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll is-Sindku, il-Kunsillieri u anke l-Kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tas-Sibt li ġej.