Is-sejba ta’ qrib il-100 biljun barmil żejt qrib l-Ajruport ta’ Gatwick, f’Londra, għandha l-potenzjal li tissupera bil-kbir il-produzzjoni taż-żejt miz-zoni tal-Baħar tat-Tramuntana.
Madankollu, qed jingħad li ammont żgħir biss minn dan iż-żejt hu aċċessibbli.
L-ammont ta’ żejt inkwistjoni kien ikkalkulat mill-ġdid u kien ikkonfermat fuq livell ta’ 100 biljun barmil u, għaldaqstant, il-kelliema għall-UK Oil & Gas Investments (UKOG) jaħsbu li s-sit bl-isem Horse Hill-1, fl-inħawi ta’ Weald Basin, għandu riżorsi ekwivalenti għal 159 miljun barmil għal kull mil kwadru.
F’Mejju tal-2014, il-British Geological Survey ikkalkula li Weald Basin kapaċi jipproduċi mal-4.4 biljun barmil żejt (shale oil).
Min-naħa tiegħu, Stephen Sanderson, il-Kap Eżekuttiv tal-UKOG, fisser is-sejba bħala riżorsa li tista’ titkejjel fuq livell globali u jeżisti l-potenzjal għal produzzjoni ta’ żejt sinifikanti minn ġurnata għal oħra.
Sejba ta’ żejt qrib Gatwick
