Numru ta’ ġurnalisti mill-kmamar tal-aħbarijiet differenti f’pajjiżna llum kienu mistiedna biex jattendu għal konferenza tal-aħbarijiet konġunta bejn il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat u dak Taljan Matteo Renzi.
Imma minkejja li l-konferenza tal-aħbarijiet kellha tibda fil-17:15, siegħa u nofs wara l-ġurnalisti kienu għadom jistennew biex tibda.
Jidher li d-dewmien kien ikkawżat wara li l-Prim Ministru Taljan wasal iktar tard milli previst f’Malta.
Mal-wasla tiegħu f’Malta, Renzi mar Kastilja fejn hemm bdiet laqgħa mal-Prim Ministru Malti.
//= $special ?>