Lokali

Spiċċaw isewwu t-triq tagħhom stess

Dan ir-ritratt juri raġel f’Ħaż-Żebbuġ li ħa l-inizjattiva u mar jimla ħofra f’waħda mit-toroq li tħallew jiddeterjoraw mill-Kunsill Lokali Laburista f’Ħaż-Żebbuġ.

Lura f’Marzu, MaltaRightNow.com kien żvela dettalji dwar il-mod kif il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ, flok isewwi t-toroq imkissrin u jagħmel xogħlijiet oħra ta’ fejda fil-lokalità, jippreferi jberbaq il-flus mod ieħor, fosthom nefqa ta’ €30,000 kull sena f’konsulenzi fuq events u marketing lil kumpanija mmexxija minn ekskandidat tal-Partit Laburista.