Lokali

Tikber il-problema tal-ġrieden f’San Pawl il-Baħar u l-madwar

Resident ta’ Triq Katerina Vitale fix-Xemxija, spiċa bi ħsara fil-karozza tiegħu wara li l-ġrieden gerrmu cables tar-ram fil-karozza tiegħu, bil-konsegwenza li ma setax juża l-vettura.

In-nuqqas ta’ infurzar fuq l-ammont kbir ta’ skart mormi fit-toroq ta’ San Pawl il-Baħar u l-madwar wasslet biex żdiedet sew il-popolazzjoni ta’ ġrieden u firien iduru f’dawn it-toroq, b’riskju għas-saħħa tar-residenti.

L-istess resident appella lill-Kunsill Lokali biex jieħu azzjoni u jinstalla’ kameras tas-sigurta’ biex jinqabad min qed jarmi barra matul il-ġurnata kollha u wkoll matul il-lejl.

Kif jidhru f’dawn ir-ritratti, l-ammont ta’ skart mormi barra f’San Pawl il-Baħar u l-madwar baqa’ jiżdied, mingħajr ma ttieħdet azzjono konkreta. Dan mhux biss ipoġġi riskju għas-saħħa tar-residenti, imma żgur li ma jħallix impressjoni tajba fost it-turisti, li tant huma mportanti għal-lokalita’.

1622132_10153056120023426_5889972075565689924_n 1909906_10153101985871278_4013700229283230613_n 10384056_10152753522408244_1496578671623778625_n 10403342_10152753522753244_5657851485582437601_n 10440173_10155361101415517_5658949681256678348_n 10452384_843036062429543_8565205454053240973_n 11075268_10153096154916827_3324227560408326901_n 11075292_1561479187457487_8760175505425015057_n 11081028_10153101987671278_2390939458448488785_n 11083591_10153101988711278_6925926109602839166_n 11096536_10152753522593244_4466677474092273944_n