Fid-29 u t-30 ta’ Mejju il-pubbliku għandu opportunità oħra biex jgħin lil Malta Community Chest Fund.
Dan hekk kif matul dawk il-jumejn se tkun organizzata Festa Palazz – attività li matulha l-familji se jkunu jistghu iżuru l-Palazz ta’ San Anton, u jiltaqgħu mal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, f’atmosferma ta’ kultura u tradizzjonijiet Maltin.
Festa Palazz tnediet il-Ġimgha filgħodu mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca li tkellmet dwar il-bżonn kontinwu li ngħinu lil dawk li ma jlaħħqux mal-ispejjeż biex jixtru l-mediċina biex ifiqu mill-mard. Id-dħul ghal Festa Palazz se jkun ta’ ħames ewro għall-adulti u t-tfal jidħlu b’xejn.
Attrazzjoni prinċipali waqt Festa Palazz se jkunu it-18-il esebitur ta’ snajja’ u artiġjanat Malti. Il-pubbliku se jkollu anke l-opportunità li jara kif il-Palazz ta’ San Anton kien jintuża fi żmien l-Ingliżi. Naturalment l-ikel tipiku Malti mhux se jkun nieqes waqt Festa Palazz.
Waqt it-tnedija tal-attività, il-President ta’ Malta ħeġġet lill-pubbliku biex jattenti għal din il-festa – festa ta’ kultura, arti, tradizzjonijiet b’laqta edukattiva u fuq kollox b’għan nobbli.
//= $special ?>