Mappa li tibbaża fuq proċess tal-grafika interattiva tissuġġerixxi li d-dinja qed tkun suġġetta għal aktar ‘traffiku kosmiku’ minn qatt qabel. Din il-mappa interessanti, sadanittant, tiżvela kwalunkwe dehra uffiċjali tal-UFOs tul dawn l-aħħar 76 sena — mill-1933 sal-ġurnata tallum.
Ħafna dehriet tal-UFOs jistgħu huma dovuti għall-iżvilupp tad-drones u t-teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-aeronawtika. Madankollu, numru ta’ dilettanti jemmnu tassew li qegħdin niffaċċjaw ‘sitwazzjoni ta’ żieda fl-attivita tal-aljeni’.
Il-mappa interattiva hi produzzjoni tal-awtur, Levi Pearson, li uża ‘dataset’ għad-dehriet tal-UFOs tan-National UFO Reporting Centre minbarra s-software tal-CartoDB.
L-indikazzjonijiet inizjali tal-mappa (pubblikata fil-websajt ‘QuantBait’) teħodna lura sal-1933 bl-ewwel dehriet tal-UFOs fuq Kalifornja u Nebraska (fl-Istati Uniti), kif ukoll fuq l-inħawi ta’ Londra, Franza, il-Ġappun u l-Awstralja.
Id-dehriet (skont il-mappa) jiżdiedu drammatikament madwar id-dinja, bejn is-snin erbgħin u s-sittinijiet. Intant, jispikkaw il-famużi inċidenti tal-UFOS tas-snin erbgħin, inkluża ‘l-Battalja ta’ Los Angeles’ u l-każ famuż ‘ta’ Roswell’.
Fil-25 ta’ Frar tal-1942, l-operaturi tar-radar kienu lemħu UFO xi 190 kilometru ‘l hinn minn Los Angeles u li kien għaddej b’veloċita inkredibbli qabel għeb mill-inħawi. Dakinar ukoll, uffiċjal tal-artillerija qal li kien ra madwar 25 inġenju qed itiru f’għoli ta’ 7,620 metri, b’osservaturi oħra jirreferu għal ‘diversi oġġetti qishom bżieżaq li tellgħu veloċita ta’ xi 320 kilometru fis-siegħa’.
L-uffiċjali Amerikani kienu inkwetaw li Los Angeles setgħet spiċċat il-mira għall-aggressuri u rriżultaw l-isparaturi ‘fid-direzzjoni tal-oġġetti misterjużi’. Madankollu ma nstabu l-ebda sinjali ta’ ħsarat u qamet l-ispekulazzjoni dwar ‘preżenza tal-UFOS li kienu ġejjin minn dinja oħra’.
Fl-1947 kien seħħ l-inċident ta’ Roswell li għadu jqanqal l-għajdut u l-ispekulazzjoni sallum.
F’dan il-każ, il-militar Amerikan qal li rkupra l-fdalijiet ta’ inġenju li kienu qed jużaw biex josservaw it-temp u li kien iġġarraf fl-inħawi ta’ ranch qrib ta’ Roswell, fi New Mexico. Iżda maż-żmien ‘splodiet’ it-teorija li l-awtoritajiet, fil-verita, kienu sabu u ħbew il-fdalijiet ta’ inġenju (UFO) tal-aljeni.
Filwaqt li huma possibbli ‘ż-żjarat tal-UFOs’ matul is-snin erbgħin, l-uffiċjali ta’ dak iż-żmien kienu disposti li jispjegaw il-fenomenu bħala ‘frott l-ansjeta tan-nies dwar it-Tieni Gwerra Dinjija’. Hawnhekk, l-uffiċjali sostnew li ‘l-oġġetti misterjużi fis-sema kienu proprju r-riżultat ta’ din l-ansjeta minbarra l-immaġinazzjoni fertili tal-bniedem.’
//= $special ?>