Iż-żagħżugħ Malti Leon Azzopardi rebaħ il-Kampjonat Ewropew Individwali tal-U/18 BlackBall meta fil-Final fi Bridlington fl-Ingilterra, għeleb lill-Iskoċċiż Ethan Laing 6-2.
Fis-Semi-Finali, Azzopardi kien għeleb faċilment lill-Ingliż Billy Webster 5-0, filwaqt li fil-Kwarti-Finali elimina lil Jake Phillips ta’ Wales 5-3.
Dan kien unur ferm mistħoqq għal dan it-talent promettenti Malti, li kellu wirjiet mill-aqwa kontra wħud mill-aqwa plejers tal-età tiegħu fid-dinja.
Fil-kategorija tat-timijiet ta’ taħt it-18-il sena, it-tim Malti kellu telfa 14-11 kontra Wales 1, rebaħ 20-5 kontra Ġibiltà u tilef bil-punteġġ identiku ta’ 13-12 kontra l-Irlanda ta’ Fuq u l-Iskozja.
//= $special ?>