Fl-aħħar sigħat wasal f’Malta l-uniku ljun abjad għal pajjiżna, li se jinżamm f’razzett kbir fil-limiti tas-Siġġiewi, L-Arka ta’ Noe.
L-iljuni bojod huma rari ħafna, u hu kkalkulat li madwar id-dinja għad fadal biss mal-mitt iljun ta’ din l-ispeċi. Madankollu fl-aħħar snin bdew programmi f’zoos madwar id-dinja biex il-popolazzjoni ta’ dan l-iljun tiżdied.
Illum-il ġurnata l-maġġoranza tal-iljuni bojod jinstabu f’zoos madwar id-dinja, anke’ għaliex kien maħsub li din l-ispeċi ma tistax tgħix fis-salvaġġ.
Madankollu fl-2009 inħelsu xi ljuni bojod li fortunatament salvaw fis-salvaġġ u dawn bdew jikkaċċjaw waħidhom, mingħajr il-bżonn ta’ intervent uman.
//= $special ?>