Lokali

Tnaqqis fil-produzzjoni industrijali matul Frar

Matul ix-xahar ta’ Frar pajjiżna reġa’ ra tnaqqis fil-produzzjoni industrijali.

Il-produzzjoni mill-industrija f’Malta fi Frar naqset b’1.3% fuq ix-xahar ta’ Jannar.

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juri li dan it-tnaqqis fl-indiċi tal-produzzjoni industrijali kien dovut għal tnaqqis fil-produzzjoni ta’ prodotti għall-konsumaturi u l-enerġija.

Min-naħa l-oħra l-istess statistika turi li meta t-tqabbil isir ma’ Frar tal-2014, il-produzzjoni tal-industrija żdiedet bi 3.8% minkejja li xorta kien hemm tnaqqis ta’ 1.1% fil-produzzjoni ta’ prodotti għall-konsumaturi.

L-indiċi tal-produzzjoni industrijali hu meqjus bħala wieħed mill-iktar indikaturi importanti tal-attività ekonomika.