Il-Gvern għolla r-rati tas-servizzi mogħtija miċ-Ċimiterju tal-Addolorata. Iż-żieda f’dawn ir-rati hija ta’ madwar 10 fil-mija.
Dan il-ġurnal jista’ jikkonferma illi kemm għal tindif ta’ qabar u anke għal affarijiet oħra, ir-rata issa ġiet dik ta’ €15.13, li jfisser żieda ta’ 10 fil-mija. Sa ftit ilu, għal servizz ta’ tindif ta’ qabar in-nies kien jħallsu €13.74.
Intant, ilbieraħ ġiet konfermata l-ħatra tal-eks Sindku Laburista ta’ Ħaż-Żebbuġ Brian Bonnici bħala l-persuna li se jmexxi ċ-Ċimiterju tal-Addolorata.
//= $special ?>