Lokali

Anzjan isofri feriti gravi wara li ttajjar fil-Ħamrun

Anzjan ta’ 76 sena minn Santa Venera sofra feriti gravi wara li dalgħodu ntlaqat minn karozza fil-Ħamrun.

Jirriżulta li l-każ seħħ għall-ħabta tad-9.20 ta’ filgħodu fi Triq il-Kbira fil-Ħamrun meta ittajjar minn Jeep, misjuqa minn raġel ta’ 37 sena minn San Pawl il-Baħar.

Fil-post wasal tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li ta l-ewwel għajnuna lill-anzjan qabel ma ttieħed l-Isptar għal aktar kura. Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.