Raġel anzjan u tifel sofrew ġrieħi meta ntlaqtu minn karozza tat-tip Land Cruiser f’Dawret il-Gżejjer Buġibba. L-inċident seħħ is-Sibt filgħodu għall-ħatba tal-11.45am. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Filwaqt li t-tifel irnexxielu jimxi sal-lukanda fejn hu u l-anzjan jinsabu alloġġjati, ir-raġel anzjan kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhijiex magħrufa.
//= $special ?>