Ħames Assistenti Kummissjonarji Elettorali fil-lokalita’ tal-Qala f’Għawdex tneħħew mill-kamra tal-votazzjoni u ġew sostituti b’oħrajn.
Dan ġara wara li żagħżugħa ta’ 16-il sena li kellha dritt tivvota għall-ewwel darba fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tal-lokalita’, tefgħet il-vot tagħha fil-kaxxa tar-referendum.
Aktar minn hekk hemm tħassib li minflok il-vot, fil-kaxxa tar-referendum intefgħet karta li ma kinitx il-karta uffiċjali tal-vot.
L-inċident seħħ illum waranofsinhar.
//= $special ?>