Il-Korea t’Isfel qed tħejji biex tfakkar it-traġedja tas-16 ta’ April li għadda meta għexieren ta’ nies, fosthom studenti, tilfu ħajjithom fl-għarqa ta’ ferry tal-passiġġieri.
Sadanittant, klassi partikolari tal-iskola għolja ta’ Danwon, f’Ansan, qed titħalla vojta bħala sinjal ta’ rispett u qima u fejn fiha jispikkaw kwantita ta’ fjuri u ritratti tal-istudenti li mietu f’dik id-diżgrazzja.
L-awtoritajiet tal-Korea t’Isfel qalu li proġett biex jittella l-ferry ta’ Sewol għandu jiswa l-ekwivalenti ta’ 110 miljun dollaru. Dan meta żdiedet il-pressjoni fuq l-istess awtoritajiet biex il-ferry jittella qabel l-anniversarju tal-għarqa.
Dan il-ferry tal-passiġġieri kien għereq ‘il minn mill-kosta tal-Lbiċ tal-Korea t’Isfel u bir-riżultat li mietu ‘l fuq minn 300 persuna, fil-parti kbira studenti tal-iskola.
//= $special ?>