Internazzjonali

Il-poplu Niġerjan jivvota

Il-poplu tan-Niġerja illum ivvota għall-Gvernaturi tal-Istat fir-round finali tal-proċess elettorali. Dan meta, matul il-jum, saru l-elezzjonijiet għal 29 Gvernatur u 36 Assemblej.

Uħud mill-Gvernaturi tan-Niġerja jikkontrollaw baġits sostanzjali u huma fost l-aktar politiċi influwenti f’dan il-pajjiż Afrikan.

Il-vot tallum seħħ ġimgħatejn wara l-elezzjoni Presidenzjali fejn Muhammadu Buhari għeleb lill-eks-President tan-Niġerja Goodluck Jonathan. B’hekk, Buhari sar l-ewwel kandidat tal-Oppożizzjoni fin-Niġerja li rebaħ l-elezzjoni għall-Presidenza u fejn hu spiċċa b’vantaġġ ta’ aktar minn 2.5 miljun vot fuq Goodluck Jonathan.