Internazzjonali

Konfermata s-sentenza tal-mewt għal Badie

Qorti fl-Eġittu kkonfermat is-sentenza tal-mewt għall-Kap tal-Fratellanza Musulmana, Mohammed Badie u tlettax il-persuni oħra li spiċċaw ikkundannati talli ppjanaw l-attakki kontra l-Istat.

Is-sentenza tal-mewt għal Badie ingħatat f’Marzu li għadda, bil-Kap tal-Fratellanza ikun anki involut fi proċessi tal-qorti oħra. Dawn is-sentenzi, intant, huma suġġetti għall-appell.

Sadanittant, ir-rapporti qalu li l-qorti Eġizzjana, fl-aħħar sigħat, tat il-priġunerija għal għomorohom lil għexieren ta’ persuni oħra.

Mijiet tan-nies spiċċaw ikkundannati għall-mewt, fl-Eġittu, bħala parti minn kampanja qalila kontra l-Fratellanza Musulmana wara t-tkeċċija tal-President Iżlamiku (Eġizzjan) Mohammed Morsi, matul is-sajf tal-2013.