Il-Viċi-Prim Ministru Russu, Dmitry Rogozin, qal li r-relazzjonijiet ta’ Moska mal-Ażerbajġan tjiebu ‘fil-kuntest tas-sanzjonijiet li l-Punent qed jimponi fuq ir-Russja’.
Rogozin qal dan f’Moska waqt preżentazzjoni dwar il-Logħob Ewropew li se jsir għall-ewwel darba fl-Ażerbajġan u fejn żvela li l-kummerċjanti Ażeri ‘qed jissupplixxu l-frott u l-ħaxix lir-Russja b’mod attiv’.
Il-Ministru kompla li pajjiżu u l-Ażerbajġan kienu qed jiddiskutu l-ftuh ta’ ċentru ‘għal servizzi lill-helicopters’ u meta r-Russja u l-Ażerbajġan qed jikkooperaw anki fil-bini tal-vapuri u l-iżvilupp tar-Reġjun Kaspjan.
Fl-istess ħin, Rogozin qal li, fid-dawl tas-sanzjonijiet, l-Ażerbajġan aġixxa bħala ‘alleat serju u li r-Russja tista’ torbot fuqha’. Fl-istess ħin, il-Viċi-Prim Ministru Russu tenna li għandu ‘r-relazzjonijiet tajbin’ mal-familja tal-President Ażeri Ilham Aliyev u li r-relazzjonijiet ta’ Moska ma’ Baku ‘jibbażaw fuq il-fiduċja u atteġġjament simili għal diversi kwistjonijiet internazzjonali’.
//= $special ?>