Il-membru Malti fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-eks-Ministru Nazzjonalista Louis Galea ħelisha ħafif f’inċident li kien involut fih u li seta’ kellu konsegwenzi aktar gravi.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.15 meta ġebel li ntlaqtu minn krejn li kien qed jiżżarma, spiċċaw biex taru għall-karozza li fiha kien hemm Louis Galea, lil llum hu l-Imħallef Malti fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Persuna oħra li kienet fl-istess vettura spiċċat intlaqtet minn xi ġebel. Bid-daqqiet tal-ġebel u briks li tar għal fuq il-vettura, il-karozza li fiha kien Louis Galea ġarrbet ħsarat estensivi.
//= $special ?>