Lokali

Paniku wara li jintlemaħ vann tal-‘bomb disposal’ fiċ-Ċirkewwa

Diversi persuni li kkuntattjaw lis-sit MaltaRightNow.com fissru kif inħoloq paniku fiċ-Ċirkewwa wara li ntlemaħ vann tal-‘bomb disposal’ fiċ-Ċirkewwa.

Numru ta’ persuni li tkellmu magħna qalu li ssuspettaw li kienet saret xi telefonata b’theddida ta’ bomba. Madanakollu, dan is-sit jinsab infurmat li membri tal-‘bomb disposal’ marru ċ-Ċirkewwa sabiex jispezzjonaw il-vapuri li llejla se jkunu qed iġorru l-kaxxi tal-voti minn Għawdex lejn Malta.

Dan hekk kif bħalissa f’Għawdex qed isiru elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fi 8 lokalitajiet differenti, apparti r-referendum li qed isir f’Għawdex kollu.

IMG-20150411-WA0003