L-awtoritajiet fl-Istati Uniti kkonfermaw stat ta’ sigurta intensiva ħdejn il-Bini tal-Capitol, f’Washington, wara li seħħet sparatura fiz-zona.
Stqarrija mill-Pulizija ta’ Washington qalet li persuna suspettata fl-inċident spiċċat ‘newtralizzata’ u li l-awtoritajiet lokali qed isegwu sitwazzjoni ta’ ‘lockdown’ bħala prekawzjoni.
Mifhum li l-persuna armata ‘sparat għaliha innfisha’, bl-awtoritajiet ma jikkonfermawx jekk din kenitx raġel jew mara. Lanqas m’hu ċar jekk din il-persuna hix ħajja jew mejta.
Il-Kungress Amerikan ma kienx qed jiltaqa’ fil-ħin tal-isparatura u meta bħalissa hemm numru żgħir ħafna ta’ deputati f’Washington.
Intant, il-Pulizija qed jinvestigaw anki pakkett suspettuż li, skont ir-rapporti, kien instab fi kwartier tal-bini tal-Capitol
//= $special ?>