Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li għar-Referendum dwar il-Kaċċa ivvutaw 75% ta’ dawk kollha reġistrati fir-Referendum dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa.
L-iktar distretti li fih kien hemm persentaġġ għoli ta’ persuni li marru jivvutaw fir-Referendum dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa kienu il-Ħames Distrett (li jikkonsisti f’B’Buġia, Ħal-Kirkop, M’Xlokk, L-Imqabba, Qrendi, Ħal-Safi u ż-Żurrieq, is-Sitt Distrett, Ħal-Luqa, Ħal-Qormi u s-Siġġiewi u s-seba distrett, li jikkonsisti minn Ħad-Dingli, L-Imdina, L-Mġarr, L-Imtarfa, r-Rabat u Ħaż-Żebbuġ, lkoll b’81%.
L-inqas distretti li fihom kien reġistrat persentaġġ baxx ta’ persuni li marru jivvutaw, dejjem fir-Referendum dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa, huma l-ewwel Distrett u t-Tielet Distrett.
L-ewwel distrett 68%
It-tieni distrett 69%
It-tielet distrett 68%
Ir-raba’ distrett 74%
Il-Ħames distrett 81%
Is-sitt distrett 81%
Is-seba’ distrett 76%
It-tmien distrett 72%
Id-disa’ distrett 71%
L-Għaxar distrett 70%
Il-Ħdax il-distrett 80%
It-tnax il-distrett 69%
It-tlettax -il distrett 81%
B’kollox, il-persentaġġ b’mod ġenerali ta’ persuni li marru jivvutaw f’Malta u Għawdex fir-Referendum dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa hu dak ta’ 75%.
//= $special ?>