Internazzjonali

Bidu ta’ era ġdida bejn l-Istati Uniti u Kuba

Il-President Amerikana Barack Obama qal li l-laqgħa li kellu ma’ Raul Castro, il-President ta’ Kuba, kien bidu ġdid wara snin ta’ ostilita.
Dan wara l-laqgħa storika li kellhom is-Sibt waqt is-summit tal-pajjiżi Amerikani f’Panama.
Hu qal li minkejja dan l-Istati Uniti u Kuba xorta kien se jkompli jkollhom differenzi imma setgħu jaħdmu flimkien f’oqsma fejn kellhom interess komuni.
Il-alqgħa kienet l-ewwel waħda uffiċjali bejn iż-żewġ pajjiżi f’aktar minn 50 sena.
Castro min-naħa tiegħu qal li bil-paċenżja, iż-żewġ pajjiżi setgġu jitkellmu dwar kollox . Aktar qabel hu deskriva lil Obama bħala “raġel onest” u qal li ma kienx responsabbli għall-affarijiet lim ġraw fil-passat.
Obama qal li l-laqgħa kienet storika u Castro qal li hu kien se jkompli jieħu passi beix l-affarijiet bejn iż-żewġ pajjiżi jkunu normali kemm jista’ jkun.