Ambjent Kunsilli Lokali Lokali

Dalgħodu jsir l-għadd tal-voti tar-referendum

Dalgħodu fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar ser isir l-għadd tal-voti tar-referendum abbrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa. Il-proċess tal-għadd tal-voti f’referendum huwa simili għal dak li mdorrijin naraw f’elezzonijiet tal-Kunsilli Lokali u Elezzjonijiet Ġenerali.

L-ewwel li jsir huwa li jinfetħu l-kaxxi tal-voti fejn hemmhekk il-voti jintefaw wiċċhom l-isfel. Wara dawn il-voti jitpoġġew f’paketti ta’ ħamsin vot kull pakkett.

Meta dan il-proċess jitlesta’ jibda l-għadd nnifsu fejn il-voti jiġu mqassma bejn iva, le u dubjużi.

Huwa mistenni li l-ewwel indikazzjonijiet mhux uffiċjali joħorġu ftit tal-ħin wara fejn vot favur l-iva jkun ifisser li l-poplu għażel li jżomm id-deroga dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa filwaqt li vot favur il-le jkun ifisser li l-poplu għażel li jagħmel bil-maqlub.

Minn naħa l-oħra r-riżultat uffiċjali huwa mistenni li jdum aktar biex joħroġ min dak mhux uffiċjali.

Nhar is-Sibt li ġej mbgħad isir l-għadd tal-voti ta’ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.