Il-Partit Nazzjonalista jirrispetta, bla ebda riżervi, id-deċiżjoni tal-poplu Malti. Dan ir-referendum kien l-ewwel tat-tip tiegħu u llum, il-poplu Malti u Għawdxi tkellem.
Dan kien kliem il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, fl-ewwel reazzjoni tiegħu għar-riżultat tar-referendum dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fakkar li kien l-istess partit li ħadem għad-deroga favur il-kaċċa fir-Rebbiegħa, u li d-deċiżjoni tal-poplu Malti turi li din id-deroga għandha tinżamm.
Id-deċiżjoni tal-poplu Malti għandha tkun rispettata, tenna Simon Busuttil, filwaqt li sellem lil dawk kollha li ħadu sehem f’din il-kampanja tar-referendum għall-maturita’ politika tagħhom.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni awgura li kull persuna li ħadet sehem f’din il-kampanja jkompli juri din il-maturita’ politika.
//= $special ?>