Ir-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa f’Malta u r-rebħa tal-Iva f’dan ir-referendum qegħdin jattiraw interess internazzjonali b’numri ta’ portals ta’ l-aħbarijiet barranin jagħżlu li jirraportaw dak li ġara f’Malta.
Is-sit tax-xandar nazzjonali Ingliż BBC u s-sit tal-istazzjon tal-aħbarijiet Ewropew Euronews it-tnejn għażlu li jirraportaw ir-rebħa tal-Iva bi prominenza fuq is-sit tagħhom.
Il-filmat juri s-servizz mxandar fuq l-istazzjon Euronews




