Lokali

Jgħolew ir-rati tas-servizzi mogħtija miċ-Ċimiterju tal-Addolorata

Il-Gvern għolla r-rati tas-servizzi mogħtija miċ-Ċimiterju tal-Addolorata. Iż-żieda f’dawn ir-rati hija ta’ madwar 10 fil-mija.

MaltaRightNow.com tista’ tikkonferma illi kemm għal tindif ta’ qabar u anke għal affarijiet oħra, ir-rata issa ġiet dik ta’ €15.13, li jfisser żieda ta’ 10 fil-mija. Sa ftit ilu, għal servizz ta’ tindif ta’ qabar in-nies kien jħallsu €13.74.

Intant, ġiet konfermata l-ħatra tal-eks Sindku Laburista ta’ Ħaż-Żebbuġ Brian Bonnici bħala l-persuna li se jmexxi ċ-Ċimiterju tal-Addolorata.