Lokali Qorti

Jitressaq il-qorti b’madwar 40 akkuża

Raġel ta’ 32 sena tressaq il-qorti mixli b’madwar erbgħin akkuża fosthom numru ta’ serqiet vjolenti fuq anzjani f’numru ta’ lokalitajiet fosthom Ħal Tarxien, Santa Luċija, l-Mqabba, Raħal Ġdid, iż-Żurrieq, Ħal Luqa, l-Gudja u Ħal Għaxaq bejn is-7 u l-10 t’April.

Ir-raġel ġie mixli wkoll li kiser numru ta’ kundizzjonijiet ta’ liberta’ proviżorja mgħotija fuq erbgħa kawżi oħra u li rreżista l-arrest b’mod vjolenti. Huwa ma’ ngħatax il-liberta’ proviżorja.

Ir-raġel kien inqabad mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali jaħraq karozza li kien seraq sabiex iwettaq dawn ir-rejati.