Kienu 2,220 vot li firdu l-kamp tal-Iva mill-kamp tal-le fir-riżultat tar-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa. Riżultat li nkiseb wara li l-Iva ħareġ rebbieħ f’7 distretti jiġifieri 2, 3, 4, 5, 6, 7 u 13 u l-le joħroġ rebbieħ f’6 distretti jiġifieri 1, 8, 9, 10, 11 u 12.
Perċentwalment b’hekk l-iva kiseb 50.44% tal-voti filwaqt li l-le kiseb 49.56%.
Ir-riżultati distrettwalment kienu dawn:
DISTRETT 1
Iva 46,4%
Le 53,6%
DISTRETT 2
Iva 61,9%
Le 38,1%
DISTRETT 3
Iva 56,4%
Le 43,6%
DISTRETT 4
Iva 54,9%
Le 45,1%
DISTRETT 5
Iva 59,8%
Le 40,2%
DISTRETT 6
Iva 58,9%
Le 41,1%
DISTRETT 7
Iva 62,4%
Le 37,6%
DISTRETT 8
Iva 40,4%
Le 59,6%
DISTRETT 9
Iva 35,1%
Le 64,9%
DISTRETT 10
Iva 30%
Le 70%
DISTRETT 11
Iva 37,2%
Le 62,8
DISTRETT 12
Iva 45,6%
Le 54,4%
DISTRETT 13
Iva 62,1%
Le 37,9%
Aktar kmieni…
Ftit tal-minuti ilu Lino Farrugia tal-FKNK kkonferma li l-Iva rebaħ ir-referendum.
L-ewwel indikazzjonijiet jgħidu li d-differenza bejn l-Iva u l-Le hija ta’ madwar 4,000 vot.
Aktar kmieni…
Riżultati mhux uffiċjali iżda bbażati fuq samples miġbura b’mod każwali mill-imwejjed fiċ-ċentru ta’ l-għadd tal-voti fin-Naxxar jindikaw li fir-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa l-vot IVA ħareġ rebbieħ b’51% tal-vot. Il-Le jidher li kiseb l-appoġġ ta’ 49%.
Il-kelliem tal-kampanja SHout Saviour Balzan minn naħa tiegħu kkonċeda t-telfa u kkonferma li kollox juri li l-kamp tal-Iva ħareġ rebbieħ.
Minn naħa tiegħu Lino Farrugia mill-FKNK f’kummenti lill-media baqa’ kawt filwaqt li saħaq li l-kampanja Iva dejjem kienet waħda pożittiva.
//= $special ?>