Ambjent Lokali

L-FKNK tgħid Grazzi

Fi stqarrija l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) saħqet li riedet tirringrazzja l-poplu Malti u Gћawdxi kollhu gћar-riżultat storiku tar-Referendum Abrogattiv.

L-FKNK saħqet li l-akbar ċelebrazzjoni tal-kaċċaturi hi li nhar it-Tlieta jerġu joħorġu gћall-kaċċa fir rebbiegћa.

L-FKNK għamlet appell u tagћt direttiva ċara li kwalunkwe ferh gћandu jiġi espress fl-ambitu sћiћ tal-liġi. Mhux talli hekk, iżda l-FKNK insistit mall-membri tagћha li m’gћandu jsir ebda tip ta’ antagoniżmu ma ћadd, speċjalment ma dawk li forsi ma qablux mal-Kampanja IVA Bћala Maltin u Ewropej. L-FKNK qalet li l-għaqda gћanda tirrespetta lill-poplu kollu.

L-FKNK saħqet li “dan ir-referendum jitfa’ ћafna iktar piż fuqna u gћaldaqstant, il-komportament ta’ kull membru gћandu jkun eżemplari sabiex nkomplu nuru s-serjeta’ tagћna lill-Malta u Gћawdex kollha”.