It-turnout għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru l-bieraħ huwa riżultat li ftit li xejn juri li hawn għejja elettorali. Din it-turnout hija waħda tajba. Hekk kiteb fuq Twitter il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tard il-bieraħ filgħaxija wara li ġiet mħabbra t-turnout fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Fit-Tweet tiegħu Simon Busuttil irringrazzja lil kandidati kollha u lil volontiera li l-bieraħ offrew s-servizz tagħhom.
Anke l-Prim Ministru Joseph Muscat kiteb fuq Twitter dwar it-turnout fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Wara li kien prova jħassar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali sas-sena 2019 minħabba dak li hu ddeskriva għejja elettorali, Muscat saħaq li huwa kien impressjonat bit-turnout. Joseph Muscat saħaq li t-turnout hija żieda sinjifikanti fuq it-turnout tas-sena 2012, meta saru l-elezzjonijiet fl-istess lokalitajiet.
//= $special ?>