Kurżitajiet

Tigdeb dwar ‘sehemha’ fix-xeni spettakolari ta’ ‘Fast and Furious’

Mhux kuljum li mudella u attriċi tippreżenta ruħha bħala sewwieqa tal-karozzi li tisfida x-xorti permezz tas-stunts perikolużi għall-aħjar effetti ċinematografiċi.

Almenu hekk ippruvat tpitter lilha nnfisha Sulinh Lafontaine — u sakemm hi inqabdet f’gidba ħoxna wara li qalet li ħadet sehem bħala stunt driver fil-film ‘Fast and Furious 7′.

Waqt l-avvenimenti ta’ pubbliċita għal ‘Furious 7’, Lafontaine qanqlet interess speċjali meta qalet li hi kienet ‘l-unika mara involuta direttament fit-tlielaq spettakolari’ f’dan il-film mimli b’azzjoni, fejn l-atturi prinċipali jinkludu Vin Diesel, Michelle Rodriguez u Dwayne Johnson.

Meta organizzaw il-premiere tal-film f’Los Angeles, Lafontaine ippużat ħdejn karozza tat-tip Challenger (li tintuża waqt xena partikolari) u fejn kien intervistaha blogger (b’din l-intervista tidher ukoll fuq iReport tas-CNN). Fl-intervista (li issa tneħħiet) Lafontaine tgħid li ‘għaddiet mill-aktar esperjenza eċċitanti fuq is-sett ta’ ‘Fast and Furious 7” u ssostni li ‘din hi l-aħjar produzzjoni għal attriċi bħalha, li hi wkoll stunt-driver‘.

Meta staqsewha biex tispjega ħajjitha bħala ‘l-unika mara li twettaq is-stunts bil-karozza’ hi qalet li ‘dawn in-nisa huma ftit u uniċi u meta hu diffiċli ħafna li mara ssib in-niċċa tagħha f’industrija ddominata mill-irġiel’. Lafontaine, imbagħad, tkellmet dwar il-ġbid tal-film u qalet li ‘ħadet sehem fix-xeni fejn kellha ssuq fid-deżert u fejn f’xena minnhom tellgħet veloċita ta’ 140 mil fis-siegħa’.

Iżda Joel Kramer, is-stunt-supervisor fuq ‘Fast and Furious 7′, qal li s-sewwieqa tiegħu qatt ma jaqbżu l-50 mil fis-siegħa għal raġunijiet ta’ sigurta.

U l-car blog, bl-isem Jalopnik, issa irrapporta li Sulinh ‘ippreżentat ruħha b’mod qarrieqi bħala membru tal-crew ta’ ‘Furious 7′ u skont il-pjan li hi seta’ kellha f’moħħha’.