Fl-34 lokalita’ fejn hemm l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’daqqa, fl-elezzjoni tal-bieraħ ħarġu jivvutaw b’kollox 68 fil-mija, li meta mqabbel ma’ kemm kienu vvutaw b’kollox sa nofs il-votazzjoni fl-aħħar elezzjonijiet fl-2012, f’dawn il-lokalitajiet miġburin f’daqqa, ifisser żieda ta’ 7% .
Nagħtu ħarsa lejn kif ivvutaw ir-residenti fil-lokalitajiet, lokalita’ b’lokalita’ :-
Il-Birgu 70%
L-Isla 71%
Ħal Qormi 78%
Ħaż-Żebbuġ 77%
Is-Siġġiewi 81%
Ħ’Attard 76%
Ħal Balzan 72%
Birżebbuga 69%
Ħad-Dingli 87%
Il-Furjana 72%
Il-Gżira 50%
Għajnsielem, Għawdex 70%
Ħal Għargħur 76%
Il-Ħamrun 72%
L-Iklin 78%
Ta’ Kerċem, Għawdex 82%
Ħal Kirkop 79%
Ħal Luqa 80%
Il-Marsa 69%
Marsaxlokk 77%
Il-Mosta 73%
Il-Munxar, Għawdex 66%
In-Nadur, Għawdex 78%
Paola 72%
Il-Qala, Għawdex 74 %
Ħal Safi 86%
San Ġiljan 40%
San Lawrenz, Għawdex 62 %
San Pawl il-Baħar 39%
Santa Luċija 80%
Is-Swieqi 52%
Ix-Xagħra, Għawdex 76%
Iż-Żebbuġ, Għawdex 61%
Iż-Żurrieq 80%
Ħad-Dingli rreġistra l-ogħla persentaġġ ta’ persuni li vvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, b’persentaġġ li jilħaq is-87% tal-votanti reġistrati f’din il-lokalita’.
San Pawl il-Baħar irreġistra l-inqas persentaġġ ta’ votanti li tefgħu il-vot tagħhom, b’persentaġġ ta’ 39% ta’ votanti reġistrati f’din il-lokalita’ li tefgħu il-vot tagħhom.
Ikkumparat mal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru fis-sena 2012, din is-sena kienet reġistrata żieda ta’ 7% fil-persentaġġ ta’ votanti li vvutaw fl-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali.
//= $special ?>