Il-kantanta Amerikana Anastacia se tkun f’pajjiżna biex tingħaqad mat-tenur Malti Joseph Calleja fil-kunċert annwali tiegħu, li se jsir fit-3 t’Awwissu fil-Luxol Grounds, St Andrews.
Anastacia, magħrufa l-iktar għall-verżjonijiet tagħha ta’ I’m Outta Love, Paid my Dues u Left Outside Alone, biegħet iktar minn 30 miljun album madwar id-dinja.
Minn naħa tiegħu Joseph Calleja għadu ġej minn performance mill-aqwa fil-Metropolitan Opera ta’ New York waqt li x-xahar id-dieħel jieħu sehem fil-La Bohème, fir-Royal Opera House ta’ Londra.
Fil-kunċert ta’ Joseph Calleja se jieħdu sehem ukoll l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u l-kor tat-tfal tal-BOV.
//= $special ?>