Persuna jew persuni mhux magħrufa tefgħu barra fit-triq fenka marida biż-żrameġ tagħha b’kollox.
Il-fenka nstabet fi xkora fi Triq Charles Vassallo, fil-Mosta. X’aktarx li ż-żrameġ laħqu mietu qabel instabu fl-ixkora fit-triq.
Immedjatament wara li nstabet din l-ixkora, sar rapport lid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali biex tittieħed azzjoni.
//= $special ?>