- MaltaRightNow.com b’ritratti u filmat esklussiv tal-attur ta’ Hollywood Rob Lowe f’Malta
- Rob Lowe jinsab ma’ martu Sheryl Berkoff f’Malta għall-ġbid tas-serje ‘Apocalypse Slough’
- ‘Apocalypse Slough’ se jibda jintwera min-netwerk NBC aktar tard din is-sena
- Lowe se jkun qed jinterpreta l-parti tal-qassis kontroversjali Fr. Jude
MaltaRightNow.com għandu f’idejh ritratti u filmati esklussivi tal-attur ta’ fama mondjali Rob Lowe, li bħalissa jinsab f’Malta.
Rob Lowe jinsab f’pajjiżna hekk kif bħalissa qed jinġibed is-serje ‘Apocalypse Slough’, dwar kometa li tkun fi triqtha għal kolliżjoni mad-dinja.
L-istorja hi dwar grupp ta’ persuni ordinarji, fosthom Rob Lowe fil-parti ta’ qassis, li jirnexxielhom jinżlu taħt l-art biex isegwu l-aħħar tad-dinja minn fuq sett tat-televiżjoni.
Rob Lowe wasal Malta ftit jiem ilu, u apparti l-ġbid ta’ dan is-serje, Lowe ħataf l-opportunita’ biex idur pajjiżna.
Ritratt ieħor li Rob Lowe ħa f’Malta; ma’ martu Sheryl Berkoff.
Ritratt ieħor li Lowe ħa, mil-lukanda Xara Palace, fejn qed joqgħod sakemm qiegħed Malta.
Lowe se jkun qed jinterpreta l-parti ta’ Fr. Jude, qassis kontroversjali iżda b’moralita’ u fidi qawwija.
‘Apocalypse Slough’ jinkludi s-sehem ta’ atturi oħra, fosthom Mathew Baynton, Jenna Fischer, Megan Mullally , Paterson Joseph u Joel Fry.
Is-serje li se jixxandar min-netwerk NBC, mistenni jibda jintwera aktar tard matul din is-sena.
Filmat: Roberto Runza
Ritratti: Martin Agius