Internazzjonali Saħħa

Fl-Awstralja…“no jab, no pay”

Il-Gvern Awstralja ħabbar li kien se jibda jwaqqaf ċerti benefiċji soċjali lil dawk il-ġenituri li jirrifjutaw li jieħdu t-tfal tagħhom għat-tilqim kontra l-mard.
Qed ikun stmat li din id-deċiżjoni magħrufa bħala “no jab, no pay” tista’ tiswa sa 11,000 dollaru Awstraljan għal kull wild f’benefiċji soċjali mitlufa. S’issa ġenituri bi tfal li ma jkunux ħadu t-tilwim li jingħata xorta kienu jingħataw benefiċji marbuta mat-tfal jekk huma jkunu ħadu dan il-pass għal raġunijiet reliġjużi jew mediċi.
Tony Abbott, il-Prim Ministru Awstraljan, qal li minn issa l-quddiem kien se jkun hemm biss ftit eċċezzjonijiet fejn dan se jkun permess. Pass li għandu l-appoġġ tal-Oppożizzjoni Laburista u mistennija tidħol fis-seħħ fl-2016.