Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tnejn, 13 t’April.

IN-NAZZJON b’analiżi dettaljata tar-riżultat tar-Referendum li sar is-Sibt, u b’ritratt sabiħ fil-faċċata juri ċ-ċelebrazzjonijiet li saru f’Ħal Qormi mill-kaċċaturi. Rappurtaġġ li jkompli minn paġna 2 sa paġna 5, fejn naqraw li 7 distretti ivvutaw favur u 6 ivvutaw kontra l-kaċċa – Għawdex jagħmel id-differenza f’dan il-vot.

L-ORIZZONT juża t-titlu “Iva bi żbrixx”, u jgħid li Għawdex ivvota bi ħġaru favur il-kaċċa fir-Rebbiegħa.

THE MALTA INDEPENDENT tgħid li r-rebħa tal-Iva b’maġġoranza żgħira sfurzat lill-Prim Ministru biex iwissi lill-kaċċaturi li dan hu l-aħħar ċans għalihom.

THE TIMES OF MALTA bit-titlu jgħid illi l-2,200 vot differenza taw lill-kaċċaturi r-rebħa li riedu fir-Referendum, filwaqt li jakkumpanja dan ir-rapport hemm ritratt li juri tfajjel jifraħ fuq l-ispalla waqt iċ-ċelebrazzjoni spontanja tal-bieraħ f’Ħal Qormi.