Il-Forzi Armati ta’ Malta issejjħu miċ-Ċentru ta’ Kordinazzjoni u Salvataġġ f’Ruma sabiex jagħtu l-assistenza tagħhom biex tinġieb f’Malta immigranta tqila.
Aktar kmieni, din il-mara ġiet salvata minn vapur tal-merkanzija, bħala parti minn operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ li għaddejja fin-Nofsinhar tal-Mediterran, operazzjoni kkordinata mill-istess Ċentru ta’ Kordinazzjoni u Salvataġġ f’Ruma.
L-immigranta, mara aktarx mis-Somalja, inġiebet Malta abbord il-ħelikopter AB212 III. Il-ħelikopter niżel fil-helipad tal-isptar San Luqa u minn hemm il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar trattament mediku.
//= $special ?>