Lokali

Imsejjaħ għal laqgħa mal-Arċisqof wara li mexxa ċeremonja ta’ għerusija bejn koppja gay

Patri Mark Montebello ġie msejjaħ mill-Arċisqof Charles Scicluna għal laqgħa urġenti wara li kien rappurtat li Patri Mark mexxa ċerimonja ta’ għerusija bejn koppja gay.

It-Tlieta l-Arċisqof Scicluna mistenni jiltaqa’ ma’ Fr Mark Montebello u l-Provinċjal tiegħu Fr. Frans Micallef wara li ġew ippublikati ritratti li juru lil Patri Mark ibierek iċ-ċrieket f’ċerimonja li fiha żewġt irgiel ħadu l-engage.

Wara l-laqgħa mal-Arċisqof, mistennija tiġi ppublikata stqarrija.

L-istorja ġiet żvelata t-Tnejn mill-ġurnal The Malta Independent f’rapport ippubblikat fil-faċċata, u ritratt f’paġna 2 tal-istess ġurnal. Iċ-ċerimonja saret nhar il-Ġimgħa, u r-ritratt tat-tberik taċ-ċrieket minn Patri Mark kien jinsab fuq il-midja soċjali. Iċ-ċerimonja tal-engage saret f’San Ġiljan.

Li saċerdot imexxi ċerimonja ta’ Unjoni Ċivili jew tberik taċ-ċrieket imur kontra d-duttrina tal-Knisja Kattolika. Għalkemm il-Knisja tinsisti li tirrispetta koppji tal-istess sess.