Eluf tat-tfal madwar id-dinja trabbew fuq il-ħrejjef ‘dwar il-Prinċipessi’ u fir-Renju Unit, bħalissa, hemm stennija kbira għal ‘ħrafa oħra b’differenza’ – f’dan il-każ storja għat-tfal li kienet kitbet ir-Reġina Victoria tal-Ingilterra meta kien għad għandha biss 10 snin.
L-istorja qasira li kitbet ir-Reġina (bħala Prinċipessa) se tkun ippubblikata għall-ewwel darba u tirrakkonta l-esperjenzi ta’ tifla ta’ 12 il-sena, bl-isem Alice Laselles. Din it-tifla tagħmel żmien residenti ġo kumpless ta’ skola wara li tmut ommha (b’missierha jiżżewweġ mill-ġdid) u fejn issir ħbieb ma’ diversi karattri interessanti.
L-istorja miktuba mill-Prinċipessa Victoria hi parti minn ktieb tal-‘compositions’ li qed jinżamm fl-Arkivji Irjali, fil-Kastell ta’ Windsor. Il-komponiment jinkludi messaġġ jew dedika ta’ Victoria ‘lill-maħbuba ommha’ – bil-Prinċipessa tindika li dan kien anki l-ewwel tentattiv (tagħha) għall-kitba kreattiva.
//= $special ?>