Internazzjonali

Jegħrqu mill-inqas disa’ immigranti – l-Italja ssalva 5,629 oħra

ritratt mill-arkivji

Mill-inqas disa’ immigranti mietu mgħarrqa wara li dgħajsa li kienu fuqha nqalbet madwar 80 mil barra mill-kosta Libjana.

Skont l-aġenzija Taljana Ansa, bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd l-awtoritajiet Taljani salvaw 5,629 immigrant li ttieħdu lejn l-Italja. Ilbieraħ biss, il-gwardja tal-kosta tal-Italja nterċettat 22 dgħajsa.

Iċ-ċentru ta’ salvataġġ Taljan qed jikkordina ħames bastimenti Taljani filwaqt li fiż-żona hemm ukoll numru ta’ bastimenti tal-merkanzija kif ukoll patrol boat Maltija.

Is-sitwazzjoni qed titqies bħala waħda bla preċedent u fil-jiem li ġejjin mistennija jkomplu jaqsmu iktar immigranti mill-Afrika lejn l-Ewropa.