Futbol Sport

L-aqwa kor tal-futbol fl-istorja?

Kor mhux tas-soltu u spontanju fl-Ingilterra hekk kif il-partitarji ta’ Bradford City bdew ikantaw waqt li partitarju tal-istess tim kien qed jiekol torta waqt id-derby kontra Doncaster.

Il-kor beda meta xi ħadd, aktarx ħabib tar-raġel, beda jkanta “He’s eating pie!” u minn hemm dan il-kor kompla jevolvi.

Segwiet il-frażi “Sauce, has he got some sauce?”, mistoqsija li għaliha r-risposta kienet waħda negattiva.

Hawn il-kor waqaf għal ftit u l-partitarju kompla jiekol, qabel ftit wara partitarju ieħor mar ħdejn ir-raġel u għaddielu ftit pakketti tas-sauce. Kif raw hekk il-partitarji l-oħra reġgħu bdew ikantaw, din id-darba “he’s got some brown.”

U minbarra s-sauce, il-partitarji ta’ Bradford ħadu wkoll rebħa tajba ta’ 3-0 barra minn darhom.