L-Għaqda San Umbertu wissiet li mhux se tittollera l-abbuż u se tkun qed tirraporta u ssemmi lil dawk li jiksru l-liġi b’rabta mal-kaċċa.
Filwaqt li wiegħdet il-kooperazzjoni sħiħa lill-awtoritajiet taż-żamma tal-ordni, l-għaqda saħqet li kulħadd għandu dritt igawdi l-kampanja imma fakkret fid-dritt ta’ rispett reċiproku lejn il-propjeta’ privata.
L-Għaqda rringrazzjat ukoll lil dawk kollha li taw l-appoġġ tagħhom biex wara r-referendum tas-Sibt li għadda, il-kaċċaturi jistgħu jibqgħu jgawdu l-kaċċa fir-Rebbiegħa.
Ħabbret ukoll li se twettaq studju dwar il-migrazzjoni tal-gamiem u s-summien u se tkun organizzata kompetizzjoni tal-fotografija.
//= $special ?>