L-MUBE, il-union li tirrappreżenta l-maġġoranza tal-ħaddiema tal-bank HSBC lesta li tiltaqa’ mal-management tal-HSBC.
F’kummenti li l-President tal-MUBE Martin Balzan għadda lil dan is-sit, hu ndika li l-union lesta titlob medjazzjoni immedjata mal-bank bl-għan li jiġu konklużi n-negozjati u l-kwistjoni ma tibqax titwal.
Kompla li l-MUBE lesta tiltaqa’ mal-management bl-intenzjoni speċifika li jkunu ndirizzati l-kwistjonijiet li tqajjmu mill-ħaddiema tal-HSBC fil-perjodu li kienu għaddejjin b’azzjonijiet industrijali.
//= $special ?>