Rombli ta’ ħadid li jintuża għall-konkos waqgħu minn fuq trakk li kien sejjer lejn Delimara, fejn qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni b’rabta mal-power station ġdida.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar, fi Triq Ħal Far, qrib il-Gudja. Fortunatament il-ħadid ma laqat l-ebda vettura li kienet għaddejja minn din it-triq frekwentata sew.
Il-Pulizija mis-sezzjoni tat-traffiku ssejħet fuq il-post biex jidderieġu t-traffiku u jassiguraw li ma jibqax periklu fit-triq.
//= $special ?>