QPR bdew investigazzjoni interna dwar –inċidenti li seħħew fit-telfa tal-Ħadd kontra r-rivali minn Londra Chelsea, li fihom Branislav Ivanovic kien milqut minn lighter.
Id-difensur Serb kien qed jiċċelebra ma’ sħabu meta Cesc Fabregas skorja gowl drammatiku lejn it-tmiem f’Loftus Road li bih Chelsea rebħu 1-0 u fetħu 7 punti fuq Arsenal f’ras il-klasssifika.
Filmati tat-televiżjoni wrew lil Ivanovic iżomm għonqu waqt li ħarġu ritratti ta’ lighter immirata fid-direzzjoni tad-difensur.
Oġġetti oħra kienu mixħuta fid-direzzjoni tal-plejers ta’ Chelsea u QPR – li għadhom fiz-zona relegation – li kull partitarju li jinstab ħati jew involut se jkun sospiż milli jidħol fl-istadium u se tittieħed azzjoni fil-konfront tagħhom bil-pulizija.
“Il-klabb jieħu dan il-każ bl-akbar serjetà u bħalissa qed jirrevedi l-filmati tas-CCTV ta’ wara l-logħba biex jidentifika lil dawk responsabbli. Il-klabb qed jistenna r-rapport tar-referee mingħand l-FA u se jkun qed jaħdem mill-qrib magħhom biex jaċċerta li ħaġa bħal din ma terġax tiġri,” qalu QPR.
Advocaat – Il-manager ta’ Sunderland Dick Advocaat jemmen li lt-tim m’għandux ċans jevita r-relegation jekk ikompli jilgħab kif lagħab fit-telfa 4-1 kontra Crystal Palace. Huwa qal li jinsab imħasseb mhux għax tilfu kontra Palace imma għall-mod kif tilfu.
//= $special ?>