Siabatou Sanneh, mara ta’ 43 sena mill-Gambja, ħadet sehem f’maratona f’Pariġi b’kontenitur tal-ilma fuq rasha u b’sandli minflok papoċċ tal-ġiri. Filwaqt li l-atleti l-oħrajn ġrew, Sanneh imxiet din il-maratona.
L-att ta’ Sanneh, li ġibed l-attenzjoni ta’ ħafna, sar biex jiżdied l-għarfien dwar il-problemi li jaffaċċjaw l-Afrikani biex ikollhom ilma tajjeb għax-xorb.
Fuq kartellun li dendlet m’għonqha, Sanneh wasslet il-messaġġ tal-organizzazzjoni ‘Water for Africa’: “Fl-Afrika n-nisa jimxu din id-distanza kuljum għall-ilma tajjeb għax-xorb.”
Fuq kartellun ieħor, Sanneh għamlet appell: “Għinuna nnaqqsu din id-distanza.”
Skont ‘Water for Africa’, hemm bżonn bejn 200 u 300 bir tal-ilma tax-xorb biex tiġi mgħejuna l-popolazzjoni tal-Gambja.
//= $special ?>