Illum ġiet varata l-kampanja tal-Għaqda Studenti Demokristjani Maltin (SDM) fl-Università ta’ Malta, kampanja li trid tkompli fuq il-ħidma tal-Kunsilli preċidenti biex il-ħajja tal-istudent tkun ferm aħjar.
“Inkomplu – hija l-għajta tal-SDM fejn sena wara l-oħra, din l-għaqda ħadmet bla waqfien sabiex il-KSU (Kunsill Studenti Universitarji) jkun kunsill tassew rappreżentattiv u pro-attiv. Dan għamilnieh billi poġġejna lill-istudent fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna” stqarr Luke Muscat, il-President tal-SDM. ‘L-SDM din is-sena se tkun qed tippreżenta tim esperjenzat b’ideat ġodda sabiex inkomplu fuq ix-xogħol siewi li sar fit-termini ta’ qabel’.
Il-President għalaq l-intervent tiegħu billi qal li l-għaqda tal-SDM bħal dejjem qed tippreżenta tim li jrid ikompli jaħdem għal-ġid ta’kull student, li “l-għan tagħna huwa li npoġġu lill-istudent bħala prijorita’ u li nkomplu fuq ix-xogħol li wettaq il-KSU ta’ din is-sena.”
Becky Micallef li se tkun qed tikkontesta għall-kariga ta’ President qalet “Aħna lesti sabiex nisimgħu l-ideat ta’ kull student biex flimkien inkomplu naħdmu id f’id għall-ġid tal-istudenti kollha.” Hija tenniet li l-SDM permezz tal-kandidati tagħha qed tirrapreżenta b’esperjenza tajba, il-korsijiet u l-interessi differenti ta’ kull student fl-Universita’.
Becky Micallef qalet li hi konvinta’ li t-tim li qed joffri l-SDM huwa mibni b’esperjenza, ħeġġa, impenn, li jwettaq u jaħdem biex ikompli jservi lill-istudent permezz tal-KSU.
It-tim tal-SDM huwa Becky Micallef, Emma Portelli Bonnici, Philip Mizzi, Steph Dalli, Mark Trapani, Andrew Borg Wirth, Andrew Muscat, Ryan Falzon, Daniel Vella, Gilli Amato Gauci u Becky Dalli.
//= $special ?>